Futbol amerikan American football
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal FUTBOL AMERIKAN għandu żewġ partijiet. L-ewwel, isir is-sinjal ftit antik għal AMERKA. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 miftuħ u bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-swaba’ ta’ id jidħlu bejn is-swaba’ ta’ l-id l-oħra u jimxu f’ċirku orizzontali ’l barra minn ġenb għan-nofs u għall-ġenb l-ieħor. Imbagħad isir is-sinjal għal BALLUN TAL-FUTBOL AMERIKAN. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 ikkurvata u bis-swaba’ mifrudin. Jersqu ħdejn xulxin bil-ponot tas-swaba’ jmissu, jitbiegħdu ftit waqt li jduru kontra xulxin, id lura u l-oħra ’l quddiem waqt li s-swaba’ ta’ kull id jingħalqu ma xulxin.
The sign for AMERICAN FOOTBALL has two parts. First, an old variant of the sign for AMERICA is made with two hands in the shape of open 5 with palms facing inwards. The fingers of both hands fit into each other and the hands rotate in a horizontal circle from side to centre and to the other side without letting go. Then the sign for the BALL USED IN AMERICAN FOOTBALL The hands take the shape of curved 5 with fingers apart. They move close to each other with the fingertips touching, then they move away a little whilst turning in opposite directions, one hand backwards and the other forwards whilst the fingers of each hand come together.